Description
ONE.COM.MT • Il-Pulizija Maltija, bl-assistenza ta’ uffiċjali tad-Dwana, qed tinvestiga s-sejba ta’ 14-il kilogramma kokaina, b’valur ta’ madwar €1.4 miljun, abbord vapur tal-merkanzija fil-Port Ħieles.
Id-droga nstabet f’14-il pakkett moħbija f’borża sewda fil-parti tal-magni tal-vapur, li kien fi triqtu mill-Panama lejn l-Italja.
